Overweging 95 AI Act
Officiële tekst
id="rct_95">
(95)
Mingħajr preġudizzju għal-liġi applikabbli tal-Unjoni, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680, meta titqies in-natura intrużiva tas-sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f'ħin aktar tard”, l-użu ta' sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f'ħin aktar tard” jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji. Jenħtieġ li s-sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f'ħin aktar tard” dejjem jintużaw b'mod li jkun proporzjonat, leġittimu u strettament meħtieġ, u għalhekk immirat, fir-rigward tal-individwi li għandhom jiġu identifikati, il-post, il-kamp ta' applikazzjoni temporali u abbażi ta' sett ta' data magħluq ta' filmati miksuba legalment. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li s-sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota “f'ħin aktar tard” ma jintużawx fil-qafas tal-infurzar tal-liġi biex iwasslu għal sorveljanza indiskriminata. Fi kwalunkwe każ jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni bijometrika remota “f'ħin aktar tard” ma jipprovdux bażi biex jiġu evitati l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni u l-eċċezzjonijiet stretti għall-identifikazzjoni bijometrika remota f'ħin reali.
Bron: EUR-Lex, Verordening (EU) 2024/1689 — tekst ongewijzigd overgenomen.
📬 AI Act Weekly
Ontvang elke week de belangrijkste AI Act ontwikkelingen in je inbox.
Aanmelden