Overweging 37 AI Act
Officiële tekst
id="rct_37">
(37)
Barra minn hekk, jixraq li, fi ħdan il-qafas eżawrjenti stabbilit b'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun previst li dan l-użu fit-territorju ta' Stat Membru f'konformità ma' dan ir-Regolament ikun possibbli biss meta u sa fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun iddeċieda li jipprevedi b'mod espliċitu l-possibbiltà li jawtorizza dan l-użu fir-regoli dettaljati tiegħu tal-liġi nazzjonali. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma liberi skont dan ir-Regolament li ma jipprevedu l-ebda possibbiltà bħal din jew li jipprevedu biss din il-possibbiltà fir-rigward ta' wħud mill-objettivi li jistgħu jiġġustifikaw l-użu awtorizzat identifikat f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali regoli nazzjonali jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tagħhom.
Bron: EUR-Lex, Verordening (EU) 2024/1689 — tekst ongewijzigd overgenomen.
📬 AI Act Weekly
Ontvang elke week de belangrijkste AI Act ontwikkelingen in je inbox.
Aanmelden