Overweging 143 AI Act
Officiële tekst
id="rct_143">
(143)
Sabiex tiġi promossa u protetta l-innovazzjoni, huwa importanti li jitqiesu b'mod partikolari l-interessi tal-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, li huma fornituri jew implimentaturi ta' sistemi tal-IA. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi, immirati lejn dawk l-operaturi, inkluż għas-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, li jkollhom uffiċċju reġistrat jew fergħa fl-Unjoni, aċċess prijoritarju għal ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja għall-IA dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla u mingħajr ma jipprekludu lil fornituri u fornituri prospettivi oħra milli jaċċessaw l-ambjenti regolatorji dment li l-istess kundizzjonijiet u kriterji jiġu ssodisfati. L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw il-mezzi eżistenti u, meta xieraq, jistabbilixxu mezzi ddedikati ġodda għall-komunikazzjoni mal-SMEs, inkluż man-negozji ġodda, mal-implimentaturi, ma' innovaturi oħrajn, u kif xieraq, mal-awtoritajiet pubbliċi lokali, biex jappoġġaw lill-SMEs fil-perkors kollu tal-iżvilupp tagħhom billi jipprovdu gwida u jwieġbu domandi dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta xieraq, dawn il-mezzi jenħtieġ li jaħdmu flimkien biex joħolqu sinerġiji u jiżguraw l-omoġeneità fil-gwida tagħhom lill-SMEs, inkluż in-negozji ġodda, u l-implimentaturi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiffaċilitaw ukoll il-parteċipazzjoni tal-SMEs u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandardizzazzjoni. Barra minn hekk, meta l-korpi notifikati jistabbilixxu tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità, jenħtieġ li jitqiesu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-fornituri li huma SMEs, inkluż negozji ġodda. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa b'mod regolari l-kostijiet ta' ċertifikazzjoni u konformità għall-SMEs inkluż għan-negozji ġodda, permezz ta' konsultazzjonijiet trasparenti u jenħtieġ li taħdem mal-Istati Membri biex tnaqqas dawn il-kostijiet. Pereżempju, il-kostijiet tat-traduzzjoni relatata mad-dokumentazzjoni obbligatorja u l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jistgħu jikkostitwixxu kost sinifikanti għall-fornituri u għal operaturi oħra, b'mod partikolari għal dawk fuq skala iżgħar. Jenħtieġ li l-Istati Membri possibbilment jiżguraw li waħda mil-lingwi determinati u aċċettati minnhom għad-dokumentazzjoni tal-fornituri rilevanti u għall-komunikazzjoni mal-operaturi tkun waħda li tinftiehem b'mod wiesa' mill-akbar għadd ta' implimentaturi transfruntieri possibbli. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs inkluż tan-negozji ġodda, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi mudelli standardizzati għall-oqsma koperti minn dan ir-Regolament fuq talba tal-Bord. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomplementa l-isforzi tal-Istati Membri billi tipprovdi pjattaforma ta' informazzjoni unika b'informazzjoni faċli biex tintuża fir-rigward ta' dan ir-Regolament għall-fornituri u l-implimentaturi kollha, billi torganizza kampanji ta' komunikazzjoni adatti biex tqajjem kuxjenza dwar l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, u billi tevalwa u tippromwovi l-konverġenza tal-aħjar prattiki fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku fir-rigward tas-sistemi tal-IA. Jenħtieġ li l-intrapriżi ta' daqs medju li sa reċentement kienu jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (44) jkollhom aċċess għal dawk il-miżuri ta' appoġġ peress li dawk l-intrapriżi ġodda ta' daqs medju ġodda xi drabi jistgħu ma jkollhomx ir-riżorsi legali u t-taħriġ meħtieġa biex jiżguraw fehim xieraq ta' dan ir-Regolament u konformità miegħu.
Bron: EUR-Lex, Verordening (EU) 2024/1689 — tekst ongewijzigd overgenomen.
📬 AI Act Weekly
Ontvang elke week de belangrijkste AI Act ontwikkelingen in je inbox.
Aanmelden