Responsible AI Platform

Annex VIII AI Act

class="oj-doc-ti" id="d1e38-136-1">ANNESS VIII

Officiële tekst

id="anx_VIII"> ANNESS VIII Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49 Taqsima A – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(1) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(1):

1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;

2. Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;

3. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;

4. L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;

5. Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA u tal-komponenti u l-funzjonijiet appoġġati permezz ta' din is-sistema tal-IA;

6. Deskrizzjoni bażika u konċiża tal-informazzjoni użata mis-sistema (data, inputs) u l-loġika operattiva tagħha;

7. L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura);

8. It-tip, in-numru u l-iskadenza taċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat u l-isem jew in-numru ta' identifikazzjoni ta' dak il-korp notifikat, fejn applikabbli;

9. Kopja skenjata taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 8, fejn applikabbli;

10. Kwalunkwe Stat Membru fejn is-sistema tal-IA ġiet introdotta fis-suq, tqiegħdet fis-servizz jew saret disponibbli fl-Unjoni;

11. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47;

12. Struzzjonijiet elettroniċi għall-użu; din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jintużaw fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll fuq il-fruntieri msemmija fl-Anness III, il-punti 1, 6 u 7;

13. URL għal informazzjoni addizzjonali (fakultattiv).

Taqsima B – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(2) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(2):

1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;

2. Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;

3. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;

4. L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;

5. Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA;

6. Il-kundizzjoni jew il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(3) li abbażi tagħhom is-sistema tal-IA titqies li mhijiex ta' riskju għoli;

7. Sommarju qasir tar-raġunijiet li abbażi tagħhom is-sistema tal-IA titqies li mhijiex ta' riskju għoli fl-applikazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 6(3);

8. L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura);

9. Kwalunkwe Stat Membru li fih is-sistema tal-IA ġiet introdotta fis-suq, tqiegħdet fis-servizz jew saret disponibbli fl-Unjoni.

Taqsima C – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-implimentaturi ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(3) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(3):

1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-implimentatur;

2. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li tippreżenta l-informazzjoni f'isem l-implimentatur;

3. Il-URL tad-dħul tas-sistema tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur tagħha;

4. Sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa f'konformità mal-Artikolu 27;

5. Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif speċifikat fl-Artikolu 26(8) ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli.

Bron: EUR-Lex, Verordening (EU) 2024/1689 — tekst ongewijzigd overgenomen.

📬 AI Act Weekly

Ontvang elke week de belangrijkste AI Act ontwikkelingen in je inbox.

Aanmelden

Veelgestelde vragen

Wat moet er worden geregistreerd volgens Bijlage VIII?

Bijlage VIII bevat drie secties met registratie-informatie: Sectie A voor aanbieders van hoog-risico AI (artikel 49 lid 1), Sectie B voor aanbieders die claimen dat hun AI niet hoog-risico is (artikel 49 lid 2), en Sectie C voor gebruiksverantwoordelijken (deployers, artikel 49 lid 3).

Welke gegevens moet een aanbieder registreren in de EU-databank?

Sectie A vereist 13 datapunten, waaronder: naam en adres aanbieder, handelsnaam AI-systeem, beschrijving beoogd doel, operationele logica, status (op de markt/uit dienst), certificaatgegevens, EU-conformiteitsverklaring, en gebruiksinstructies.

Wat moet een deployer registreren?

Sectie C vereist 5 datapunten: (1) naam en adres deployer, (2) contactpersoon, (3) URL van de registratie door de aanbieder, (4) samenvatting grondrechteneffectbeoordeling (artikel 27), en (5) samenvatting DPIA indien van toepassing.

Moet ik gebruiksinstructies openbaar maken bij registratie?

Ja, punt 12 van Sectie A vereist elektronische gebruiksinstructies. Uitzondering: voor hoog-risico AI op het gebied van rechtshandhaving, migratie en grenscontrole (Bijlage III, punten 1, 6 en 7) hoeven deze niet te worden verstrekt.

Wat als ik claim dat mijn AI-systeem niet hoog-risico is?

Dan registreert u onder Sectie B met 9 datapunten, waaronder de voorwaarde(n) op basis van artikel 6, lid 3, en een korte samenvatting waarom het systeem niet als hoog-risico wordt beschouwd.

Is de registratie eenmalig of moet deze worden bijgehouden?

De informatie moet actueel worden gehouden. Bijlage VIII stelt expliciet dat de informatie 'shall be provided and thereafter kept up to date' — u bent verplicht wijzigingen bij te werken.

In welke databank wordt de informatie geregistreerd?

In de EU-databank voor hoog-risico AI-systemen, zoals beschreven in artikel 71. Deze databank wordt beheerd door de Europese Commissie en is deels openbaar toegankelijk.

Moet ik ook een grondrechteneffectbeoordeling registreren?

Deployers (gebruiksverantwoordelijken) moeten volgens Sectie C, punt 4, een samenvatting van hun grondrechteneffectbeoordeling (FRIA, artikel 27) registreren in de EU-databank.