Recital 74 AI Act
Official text
id="rct_74">
(74)
Jenħtieġ li s-sistemi tal-IA b'riskju għoli jaħdmu b'mod konsistenti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jissodisfaw livell xieraq ta' akkuratezza, robustezza u ċibersigurtà, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom u f'konformità mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku rikonoxxut b'mod ġenerali. Il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet u l-partijiet ikkonċernati rilevanti huma mħeġġa jqisu kif xieraq il-mitigazzjoni tar-riskji u l-impatti negattivi tas-sistema tal-IA. Jenħtieġ li l-livell mistenni tal-metriċi tal-prestazzjoni jiġi ddikjarat fl-istruzzjonijiet tal-użu li jakkumpanjawhom. Il-fornituri huma mħeġġa jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-implimentaturi b'mod ċar u li jinftiehem faċilment, mingħajr nuqqas ta' fehim jew dikjarazzjonijiet qarrieqa. Il-liġi tal-Unjoni dwar il-metroloġija legali, inkluż id-Direttivi 2014/31/UE (35) u 2014/32/UE (36) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha l-għan li tiżgura l-akkuratezza tal-kejl u li tgħin it-trasparenza u l-ġustizzja tat-tranżazzjonijiet kummerċjali. F'dak il-kuntest, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u l-organizzazzjoni rilevanti, bħall-awtoritajiet tal-metroloġija u tal-valutazzjoni komparattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ, kif xieraq, l-iżvilupp ta' parametri referenzjarji u metodoloġiji ta' kejl għas-sistemi tal-IA. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu nota u tikkollabora mas-sħab internazzjonali li jaħdmu fuq il-metroloġija u l-indikaturi tal-kejl rilevanti relatati mal-IA.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe