Recital 52 AI Act
Official text
id="rct_52">
(52)
Fir-rigward ta' sistemi awtonomi tal-IA, jiġifieri sistemi tal-IA b'riskju għoli minbarra dawk li huma komponenti tas-sikurezza tal-prodotti, jew li huma stess ikunu prodotti, jixraq li jiġu klassifikati bħala b’riskju għoli jekk, fid-dawl tal-għan maħsub tagħhom, dawn jippreżentaw riskju għoli ta’ ħsara għas-saħħa u s-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali tal-persuni, filwaqt li jitqiesu kemm is-severità tal-ħsara possibbli u l-probabbiltà li din isseħħ, u jintużaw f’għadd ta’ oqsma speċifikament definiti minn qabel speċifikati f’dan ir-Regolament. L-identifikazzjoni ta’ dawk is-sistemi hija bbażata fuq l-istess metodoloġija u kriterji previsti wkoll għal kull emenda futura tal-lista tas-sistemi tal-IA b’riskju għoli li jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti delegati, biex jitqies il-pass rapidu tal-iżvilupp teknoloġiku, kif ukoll il-bidliet potenzjali fl-użu tas-sistemi tal-IA.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe