Recital 26 of 18014%
Recital 26 AI Act
Official text
id="rct_26">
(26)
Biex jiddaħħal sett proporzjonat u effettiv ta' regoli vinkolanti għas-sistemi tal-IA, jenħtieġ jitħaddem approċċ definit b'mod ċar u bbażat fuq ir-riskji. Jenħtieġ li dak l-approċċ ifassal it-tip u l-kontenut ta' dawk ir-regoli skont l-intensità u l-ambitu tar-riskji li jistgħu jiġġeneraw is-sistemi tal-IA. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti prattiki mhux aċċettabbli tal-IA, li jiġu stabbiliti rekwiżiti għal sistemi tal-IA b'riskju għoli u obbligi għall-operaturi rilevanti, u li jiġu stabbiliti obbligi tat-trasparenza għal ċerti sistemi tal-IA.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe