Recital 1 AI Act
Official text
id="rct_1">
(1)
L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b'mod partikolari għall-iżvilupp, l-introduzzjoni fis-suq, it-tqegħid fis-servizz u l-użu ta' sistemi ta' intelliġenza artifiċjali (sistemi tal-IA) fl-Unjoni, f'konformità mal-valuri tal-Unjoni, li jippromwovi l-adozzjoni ta' intelliġenza artifiċjali (IA) ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, tas-sikurezza, tad-drittijiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni ambjentali, li jipproteġi kontra l-effetti ta' ħsara tas-sistemi tal-IA fl-Unjoni u li jappoġġa l-innovazzjoni. Dan ir-Regolament jiżgura l-moviment liberu transfruntier tal-oġġetti u s-servizzi bbażati fuq l-IA, u b'hekk jipprevjeni lill-Istati Membri milli jimponu restrizzjonijiet fuq l-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' sistemi tal-IA, sakemm mhumiex awtorizzati b'mod espliċitu b'dan ir-Regolament.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe