Recital 159 AI Act
Official text
id="rct_159">
(159)
Jenħtieġ li kull awtorità tas-sorveljanza tas-suq għal sistemi tal-IA b'riskju għoli fil-qasam tal-bijometrika, kif elenkati f'anness ta' dan ir-Regolament sakemm dawk is-sistemi jintużaw għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, il-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-kontroll fil-fruntieri, jew tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u tal-proċessi demokratiċi, ikollha setgħat investigattivi u korrettivi effettivi, inkluż mill-inqas is-setgħa li tikseb aċċess għad-data personali kollha li tkun qed tiġi pproċessata u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jaġixxu b'indipendenza sħiħa. Jenħtieġ li kwalunkwe limitazzjoni tal-aċċess tagħhom għal data operazzjonali sensittiva skont dan ir-Regolament tkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lilhom mid-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li l-ebda esklużjoni fuq id-divulgazzjoni tad-data lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data nazzjonali skont dan ir-Regolament ma taffettwa s-setgħat attwali jew futuri ta' dawk l-awtoritajiet lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe