Recital 125 AI Act
Official text
id="rct_125">
(125)
Minħabba l-kumplessità tas-sistemi tal-IA b'risku għoli u r-riskji li huma assoċjati magħhom, huwa importanti li tiġi żviluppata proċedura adegwata ta' valutazzjoni tal-konformità għal sistemi tal-IA b'risku għoli li jinvolvu korpi notifikati, l-hekk imsejħa valutazzjoni tal-konformità minn parti terza. Madankollu, minħabba l-esperjenza attwali ta' ċertifikaturi professjonali ta' qabel l-introduzzjoni fis-suq fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti u n-natura differenti tar-riskji involuti, jixraq li l-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità minn parti terza jiġi limitat, mill-inqas f'fażi inizjali tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli għajr dawk relatati mal-prodotti. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità ta' sistemi bħal dawn titwettaq bħala regola ġenerali mill-fornitur taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, bl-unika eċċezzjoni tas-sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw għall-bijometrija.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
Subscribe