Annex VIII AI Act
class="oj-doc-ti" id="d1e38-136-1">ANNESS VIII
Official text
id="anx_VIII"> ANNESS VIII Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mar-reġistrazzjoni ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49 Taqsima A – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(1) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(1):
1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;
2. Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;
3. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;
4. L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;
5. Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA u tal-komponenti u l-funzjonijiet appoġġati permezz ta' din is-sistema tal-IA;
6. Deskrizzjoni bażika u konċiża tal-informazzjoni użata mis-sistema (data, inputs) u l-loġika operattiva tagħha;
7. L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura);
8. It-tip, in-numru u l-iskadenza taċ-ċertifikat maħruġ mill-korp notifikat u l-isem jew in-numru ta' identifikazzjoni ta' dak il-korp notifikat, fejn applikabbli;
9. Kopja skenjata taċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 8, fejn applikabbli;
10. Kwalunkwe Stat Membru fejn is-sistema tal-IA ġiet introdotta fis-suq, tqiegħdet fis-servizz jew saret disponibbli fl-Unjoni;
11. Kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 47;
12. Struzzjonijiet elettroniċi għall-użu; din l-informazzjoni ma għandhiex tingħata għas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jintużaw fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll fuq il-fruntieri msemmija fl-Anness III, il-punti 1, 6 u 7;
13. URL għal informazzjoni addizzjonali (fakultattiv).
Taqsima B – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-fornituri ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(2) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(2):
1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur;
2. Meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata minn persuna oħra f'isem il-fornitur, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt ta' dik il-persuna;
3. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat, fejn applikabbli;
4. L-isem kummerċjali tas-sistema tal-IA u kwalunkwe referenza mhux ambigwa addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tas-sistema tal-IA;
5. Deskrizzjoni tal-għan maħsub tas-sistema tal-IA;
6. Il-kundizzjoni jew il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(3) li abbażi tagħhom is-sistema tal-IA titqies li mhijiex ta' riskju għoli;
7. Sommarju qasir tar-raġunijiet li abbażi tagħhom is-sistema tal-IA titqies li mhijiex ta' riskju għoli fl-applikazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 6(3);
8. L-istatus tas-sistema tal-IA (fis-suq, jew fis-servizz; m'għadhiex fis-suq/fis-servizz, imsejħa lura);
9. Kwalunkwe Stat Membru li fih is-sistema tal-IA ġiet introdotta fis-suq, tqiegħdet fis-servizz jew saret disponibbli fl-Unjoni.
Taqsima C – Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-implimentaturi ta' sistemi tal-IA b'riskju għoli f'konformità mal-Artikolu 49(3) L-informazzjoni li ġejja għandha tingħata u mbagħad tinżamm aġġornata fir-rigward tas-sistemi tal-IA b'riskju għoli li jridu jiġu rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 49(3):
1. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-implimentatur;
2. L-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li tippreżenta l-informazzjoni f'isem l-implimentatur;
3. Il-URL tad-dħul tas-sistema tal-IA fil-bażi tad-data tal-UE mill-fornitur tagħha;
4. Sommarju tas-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali mwettqa f'konformità mal-Artikolu 27;
5. Sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa f'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 27 tad-Direttiva (UE) 2016/680 kif speċifikat fl-Artikolu 26(8) ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
SubscribeFrequently asked questions
What must be registered according to Annex VIII?
Annex VIII contains three sections with registration information: Section A for providers of high-risk AI (Article 49(1)), Section B for providers claiming their AI is not high-risk (Article 49(2)), and Section C for deployers (Article 49(3)).
What data must a provider register in the EU database?
Section A requires 13 data points, including: provider name and address, AI system trade name, description of intended purpose, operating logic, status (on market/withdrawn), certificate details, EU declaration of conformity, and instructions for use.
What must a deployer register?
Section C requires 5 data points: (1) deployer name and address, (2) contact person, (3) URL of the provider's registration, (4) summary of fundamental rights impact assessment (Article 27), and (5) summary of DPIA where applicable.
Do I need to make instructions for use public at registration?
Yes, point 12 of Section A requires electronic instructions for use. Exception: for high-risk AI in law enforcement, migration and border control (Annex III, points 1, 6 and 7) these do not need to be provided.
What if I claim my AI system is not high-risk?
Then you register under Section B with 9 data points, including the condition(s) under Article 6(3) and a short summary of why the system is considered not high-risk.
Is registration a one-time event or must it be maintained?
The information must be kept up to date. Annex VIII explicitly states that information 'shall be provided and thereafter kept up to date' — you are obliged to update changes.
In which database is the information registered?
In the EU database for high-risk AI systems, as described in Article 71. This database is managed by the European Commission and is partly publicly accessible.
Do I also need to register a fundamental rights impact assessment?
Deployers must register a summary of their fundamental rights impact assessment (FRIA, Article 27) in the EU database, as required by Section C, point 4.