Annex III AI Act
class="oj-doc-ti" id="d1e38-127-1">ANNESS III
Official text
id="anx_III"> ANNESS III Sistemi tal-IA b'riskju għoli msemmija fl-Artikolu 6(2) Sistemi tal-IA b'riskju għoli skont l-Artikolu 6(2) huma s-sistemi tal-IA elenkati f'xi wieħed minn dawn l-oqsma li ġejjin:
1. Bijometrika, sa fejn l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali:
(a) sistemi ta’ identifikazzjoni bijometrika remota. Dan ma għandux jinkludi sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw għall-verifika bijometrika li l-uniku skop tagħhom huwa li jikkonfermaw li persuna fiżika speċifika tkun il-persuna li hija tiddikjara li tkun;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw għall-kategorizzazzjoni bijometrika, skont attributi jew karatteristiċi sensittivi jew protetti abbażi tal-inferenza ta' dawk l-attributi jew il-karatteristiċi;
(c) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw għar-rikonoxximent tal-emozzjonijiet.
2. Infrastruttura kritika: Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw bħala komponenti tas-sikurezza fil-ġestjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura diġitali kritika, tat-traffiku fit-toroq, jew fil-provvista tal-ilma, il-gass, it-tisħin jew l-elettriku.
3. Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jiddeterminaw l-aċċess jew l-ammissjoni jew biex jassenjaw persuni fiżiċi lil istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali fil-livelli kollha;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jevalwaw l-eżiti tal-apprendiment, inkluż meta dawk l-eżiti jintużaw biex jidderieġu l-proċess tal-apprendiment tal-persuni fiżiċi f'istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali fil-livelli kollha;
(c) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw bl-għan li jivvalutaw il-livell xieraq ta' edukazzjoni li l-individwu ser jirċievi jew ser ikun jista' jaċċessa, fil-kuntest tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali jew fi ħdanhom fil-livelli kollha;
(d) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jimmonitorjaw jew jikxfu mġiba pprojbita tal-istudenti waqt it-testijiet fil-kuntest tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali jew fi ħdanhom fil-livelli kollha.
4. Impjiegi, ġestjoni tal-ħaddiema u aċċess għal impjiegi indipendenti:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jirreklutaw jew jagħżlu l-persuni fiżiċi, b'mod partikolari biex isiru avviżi ta' impjieg immirati, biex jiġu analizzati u ffiltrati l-applikazzjonijiet għal impjieg, u biex jiġu evalwati l-kandidati;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw it-termini tar-relazzjonijiet relatati max-xogħol, il-promozzjoni jew it-terminazzjoni ta' relazzjonijiet kuntrattwali relatati max-xogħol, biex jallokaw kompiti abbażi tal-mġiba individwali jew il-karatteristiċi personali jew biex jimmonitorjaw u jevalwaw il-prestazzjoni u l-imġiba tal-persuni f'dawn ir-relazzjonijiet.
5. Aċċess għal servizzi privati essenzjali u għal servizzi u benefiċċji pubbliċi essenzjali u t-tgawdija tagħhom:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi jew f'isem l-awtoritajiet pubbliċi biex jevalwaw l-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi għal benefiċċji u servizzi ta' assistenza pubblika essenzjali, inkluż servizzi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll biex jagħtu, inaqqsu, jirrevokaw, jew jitolbu mill-ġdid dawn il-benefiċċji u s-servizzi;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jevalwaw l-affidabbiltà kreditizja tal-persuni fiżiċi jew biex jistabbilixxu l-punteġġ tal-kreditu tagħhom, bl-eċċezzjoni ta' sistemi tal-IA użati bl-għan li tinkixef frodi finanzjarja;
(c) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jiġi vvalutat u pprezzat ir-riskju fir-rigward tal-persuni fiżiċi fil-każ ta' assigurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa;
(d) Sistemi tal-IA maħsuba biex jevalwaw u jikklassifikaw it-telefonati ta' emerġenza minn persuni fiżiċi jew biex jintużaw għad-dispaċċ, jew biex tiġi stabbilita prijorità fid-dispaċċ ta' servizzi tal-ewwel rispons ta' emerġenza, inkluż mill-pulizija, minn ħaddiema tat-tifi tan-nar u tal-għajnuna medika, kif ukoll minn sistemi ta' triage tal-pazjenti tal-kura tas-saħħa ta' emerġenza;
6. Infurzar tal-liġi, sa fejn l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom, jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni b'appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom biex jivvalutaw ir-riskjuli persuna fiżika tisfa vittma ta' reati kriminali;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni b'appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bħala poligrafi jew għodod simili;
(c) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom, jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni b'appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jevalwaw l-affidabbiltà tal-evidenza waqt l-investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali;
(d) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni b'appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jivvalutaw ir-riskju li persuna fiżika twettaq jew terġa' twettaq reat mhux biss abbażi tat-tfassil tal-profil tal-persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew biex jivvalutaw il-karatteristiċi tal-personalità jew l-imġiba kriminali tal-passat ta' persuni fiżiċi jew ta' gruppi;
(e) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew f'isimhom jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni b'appoġġ għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għat-tfassil tal-profil ta' persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva (UE) 2016/680 waqt il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.
7. Ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll fuq il-fruntieri, sa fejn l-użu tagħhom ikun permess skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni jew nazzjonali:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f’isimhom, jew minn istituzzjonijiet tal-Unjoni, korpi, uffiċċji jew aġenziji bħala poligrafi jew għodod simili;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f'isimhom jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni biex jivvalutaw riskju, inkluż riskju għas-sigurtà, riskju ta' migrazzjoni irregolari, jew riskju għas-saħħa, maħluq minn persuna fiżika li jkun biħsiebha tidħol jew li tkun daħlet fit-territorju ta' Stat Membru;
(c) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f'isimhom jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni biex jassistu lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-ażil, viżi jew permessi ta' residenza u għall-ilmenti assoċjati fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-persuni fiżiċi li japplikaw għal status, inkluż valutazzjonijiet relatati tal-affidabbiltà tal-evidenza;
(d) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jew f'isimhom, jew minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, fil-kuntest tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil jew il-kontroll fuq il-fruntieri, għall-fini tal-kxif, ir-rikonoxximent jew l-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi, bl-eċċezzjoni tal-verifika ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
8. Amministrazzjoni tal-ġustizzja u proċessi demokratiċi:
(a) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw minn awtorità ġudizzjarja jew f'isimha biex jassistu awtorità ġudizzjarja fir-riċerka u l-interpretazzjoni ta' fatti u tal-liġi u fl-applikazzjoni tal-liġi għal sett konkret ta' fatti, jew biex jintużaw b'mod simili f'soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;
(b) Sistemi tal-IA maħsuba biex jintużaw biex jinfluwenzaw l-eżitu ta' elezzjoni jew referendum jew l-imġiba tal-votazzjoni tal-persuni fiżiċi fl-eżerċizzju tal-vot tagħhom f'elezzjonijiet jew referenda. Dan ma jinkludix sistemi tal-IA li persuni fiżiċi ma jkunux esposti direttament għall-output tagħhom, bħal għodod użati għall-organizzazzjoni, l-ottimizzazzjoni jew l-istrutturar ta' kampanji politiċi minn perspettiva amministrattiva jew loġistika.
Source: EUR-Lex, Regulation (EU) 2024/1689 — text reproduced verbatim.
📬 AI Act Weekly
Get the most important AI Act developments in your inbox every week.
SubscribeFrequently asked questions
Which AI systems are listed in Annex III of the AI Act?
Annex III contains eight categories of high-risk AI systems: (1) biometrics, (2) critical infrastructure, (3) education and vocational training, (4) employment and workers management, (5) essential services, (6) law enforcement, (7) migration and border control, and (8) administration of justice and democratic processes.
Is my AI system high-risk according to Annex III?
Check whether your AI system falls under one of the eight categories in Annex III. The system must be 'intended to be used' for the stated purpose. Classification depends on the intended use, not the underlying technology.
Which AI systems in HR and recruitment are high-risk?
Under Annex III, point 4: AI for (a) recruitment and selection, including targeted job ads, filtering applications and evaluating candidates, and (b) decisions on working conditions, promotion, termination, task allocation and monitoring performance.
Do AI systems in the banking sector fall under Annex III?
Yes, if the AI system is used for creditworthiness assessments or establishing credit scores of natural persons (point 5b). Exception: AI systems for detecting financial fraud are excluded.
Are AI systems in healthcare high-risk under Annex III?
Yes, under point 5a: AI used by or on behalf of public authorities to evaluate eligibility for essential public services, including healthcare. AI for emergency triage (point 5d) is also high-risk.
Which biometric AI systems are high-risk?
Under Annex III, point 1: (a) remote biometric identification systems, (b) biometric categorisation based on sensitive characteristics, and (c) emotion recognition. Biometric verification (confirming someone is who they claim to be) is excluded.
Do government AI systems fall under Annex III?
Yes, multiple categories are relevant for government: AI for public services (point 5a), law enforcement (point 6), migration and border control (point 7), and administration of justice (point 8). AI in education (point 3) is also relevant for public institutions.
Is AI for emotion recognition high-risk?
Yes, AI systems intended for emotion recognition are explicitly listed in Annex III, point 1c. Note: emotion recognition in the workplace and education is even prohibited under Article 5.
Which AI in education is high-risk?
Annex III, point 3 lists four categories: (a) admission to educational institutions, (b) evaluating learning outcomes, (c) assessing the appropriate education level, and (d) monitoring prohibited behaviour during tests (proctoring).
Is AI for emergency calls high-risk?
Yes, Annex III, point 5d classifies AI systems that evaluate and classify emergency calls, or are used for dispatching emergency services (police, fire, ambulance) and emergency healthcare triage as high-risk.
Can the European Commission expand Annex III?
Yes, Article 7 empowers the Commission to add new high-risk AI applications to Annex III through delegated acts, provided they pose comparable risks to fundamental rights as the existing categories.
Do AI systems for election influence fall under Annex III?
Yes, Annex III, point 8b classifies AI systems intended to influence the outcome of elections or referenda, or voting behaviour, as high-risk. Logistical campaign tools not directly exposed to citizens are excluded.
Does AI for insurance fall under Annex III?
Yes, Annex III point 5c classifies AI systems used for risk assessment and pricing in relation to natural persons for life and health insurance as high-risk. AI for claims detection and fraud prevention in insurance does not automatically fall under this category.
Is AI-powered CV screening high-risk?
Yes, Annex III point 4a explicitly classifies AI systems for filtering and evaluating job applications as high-risk. This includes automated CV screening, AI-powered candidate matching and automated assessments in recruitment processes.
How do I know if my AI system is 'intended to be used' for an Annex III purpose?
Classification depends on the intended purpose as determined by the provider, not on technical capabilities. If an AI system is technically capable of an Annex III purpose but not intended for it, it is not automatically high-risk. However, repurposing for an Annex III purpose can lead to reclassification.